Saturday, December 28, 2024

Il-FIFA se tniedi tournament ġdid bi 32 team fl-2025 għat-Tazza tad-Dinja tal-Clubs

Aqra wkoll

It-Tazza tad-Dinja tal-Clubs qed tiġi estiża għal 32 team f’taqlib kbir. Dan ifisser li t-tournament tal-clubs immexxi mill-FIFA se jikkwadrupla fid-daqs mill-format attwali b’seba’ timijiet.

Il-bidliet ewlenin mistennija jidħlu fis-seħħ mill-2025, kif żvelat nhar il-Ġimgħa mill-President tal-FIFA, Gianni Infantino.

Il-korp governattiv tal-football dinji inizjalment ried iżid id-daqs tat-Tazza tad-Dinja tal-Clubs minn seba’ timijiet għal 24 fiċ- Ċina fl-2021 – qabel ma tfaċċat il-pandemija tal-Covid-19.

Il-format il-ġdid tat-tournament bi 32 team se jsir kull erba’ snin b’waqfa internazzjona­li estiża li tgħaqqad is-slots attwali ta’ Settembru u Ottubru biex tiffaċilitá l-bidliet.

F’dan l-istadju mhuwiex ċar kif it-32 team se jkunu magħmula – bħalissa kull kontinent jibgħat team wieħed biċ-champions tal-kampjonat tan-nazzjon ospitanti jagħ­mluhom sebgħa.

Chelsea rebħu l-verżjoni 2021-22 bħala rebbieħa renjanti taċ-Champions League, u għelbu liċ-champions tal-Copa Libertadores, Palmeiras, fil-finali ta’ Frar.

Il-clubs Ewropej u tal-Amerika t’Isfel ingħaqdu fis-semi-finali bit-timijiet mill-konfederazzjonijiet l-oħra, l-Afrika, l-Asja, l-Oċeanja u l-Amerika ta’ Fuq, Ċentrali u l-Karibew kif ukoll iċ-champions tal-kampjonat tan-nazzjon ospitanti jingħaqdu aktar kmieni.

It-Tazza tad-Dinja tal-Clubs ġiet imnedija fl-2000 b’Chelsea jsiru t-tielet team Ingliż li rebħuha wara Manchester United fl-2008 u Liverpool fl-2019.

Real Madrid huma l-aktar team ta’ suċċess fl-istorja tal-kampjonat b’erba’ titli, wieħed aktar mir-rivali, Barcelona.

It-team Brażiljan, Corinthians, u Bayern Munich, rebħu tnejn kull wieħed filwaqt li 14 mill-aħħar 15 intrebħu mit-team Ewropew.

Infantino żied ukoll li se titnieda Tazza tad-Dinja tal-Clubs tan-Nisa – għalkemm ma ngħatawx aktar dettalji f’dan l-istadju.

U se tibda wkoll FIFA World Series, bit- tournament ta’ ħbiberija jsir fi snin pari biex “iżidu l-possibbiltajiet għal timijiet minn konfederazzjonijiet differenti biex jilagħbu lil xulxin”.

Kien hemm ħjiel, ukoll, tat-Tazza tad-Dinja tax-xitwa futuri wara s-suċċess tal-Qatar 2022.

Ekonomija

Sport