Monday, April 29, 2024

Il-finali tal-festival tal-logħob tan-nar jixxandar biss fuq it-televiżjoni … L-attivitajiet fuq barra kanċellati

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ritratt: ALAN SALIBA

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli fl-aħħar ħin ħabbret li l-finali tal-Fireworks Festival li kellu jsir illejla fil-Belt se jixxandar biss fuq l-istazzjon Nazzjonali.

Hija żiedet tgħid li fuq pariri ta’ esperti fil-piroteknika, il-ħruq tan-nar irid isir xorta minħabba li n-nar diġà mgħammar fuq il-post. Ikun ta’ periklu jekk in-nar jerga’ jiġi rilokat u żmantellat. Ittieħdet id-deċiżjoni wkoll li l-avveniment annwali li jsir fuq l-art, biswit l-eks Pixkerija l-Belt, jitħassar biex ma jinġemgħux l-eluf ta’ nies inkluż turisti li normalment kull sena jattendu għalih.

Hija temmet tappella lill-pubbliku biex isegwi l-ispettaklu minn fuq it-Televiżjoni biss.

https://www.facebook.com/JuliaFarrugiaPortelli/posts/10159384891227985

Sport