Friday, April 26, 2024

Multa ta’ €50 għal min ma jilbisx il-maskra mil-lum … Żewġ ċentri tal-ittestjar ġodda mill-ġimgħa d-dieħla

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wara laqgħa twila bejn il-Gvern u l-imsieħba soċjali fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, l-MCESD, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-Kunsill qabel fuq għadd ta’ punti b’eċċezzjoni għall-Assoċjazzjoni Medika li ma tridx li jsiru attivitajiet bħal tiġijiet. F’kummenti lill-ġurnalisti, il-Prim Ministru qal li attivitajiet tal-massa se jkunu qed jitwaqqfu, b’eċċezzjoni għal attivitajiet bħalma huma t-tiġijiet.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, ħabbret li l-ilbies tal-maskri tal-wiċċ se jkun obbligatorju fosthom fuq il-karozzi tal-linja, fil-ħwienet, fl-ajruport u fuq il-vapuri tal-Gozo Channel. Il-Professur Gauci spjegat li min jinqabad mingħajr maskra se jkun immultat €50.

F’miżura biex jiġu protetti l-pazjenti fl-Isptar Mater Dei, il-Professur Gauci qalet li se jerġgħu jidħlu restrizzjonijiet fuq il-ħinijiet tal-viżitaturi fl-isptar. Rigward persuni vulnerabbli Gauci qalet li se jiddaħħlu miżuri ta’ protezzjoni għall-anzjani. Din il-protezzjoni tinkludi ittestjar tal-carers u perspex waqt il-ħinijiet taż-żjarat biex jiġi evitat il-kuntatt fiżiku.

Rigward żieda sostanzjali fid-domanda għat-testijiet, il-Professur Gauci ħabbret li mill-ġimgħa d-dieħla se jinfetħu żewġ ċentri ġodda għall-ittestjar.

Sport