Sunday, December 29, 2024

Il-FKNK toġġezjona formalment għat-tibdil fil-pjan lokali f’Ħal Far

Aqra wkoll

F’isem bosta membri li jipprattikaw il-kaċċa u/jew l-insib fl-akkwati ta’ Wied Żnuber, il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) issottomettiet oġġezzjoni formali waqt il-konsultazzjoni pubblika għall-proposta biex jinbidel il-Pjan Lokali rispettivi u jsir żvilupp fil-fuq minn 39,800 metri kwadri ta’ abitat rurali Ii huwa ta’ benefiċju għall-biodiversità u I-ambjent naturali fiż-żona.

L-FKNK qalet li minbarra t-telf li dan l-iżvillup jista’ jkollu għall-kaċċaturi u n-nassaba, liema kaċċaturi jkunu wkoll projbiti mill-prattika tal-kaċċa fil-parametri tal-39,800 metri kwadri, tali tibdil ser jeffettwa ħazin il-bqija tal-pubbliku nġenerali li ta’ sikwit jirrikorri f’dawn l-akwati għar-rikreazzjoni tiegħu.

Din l-oġġezzjoni tal-FKNK issegwi l-istqarrija li kienet għamlet pubblikament l-istess FKNK aktar kmieni dan ix-xahar stess, meta sejħet sabiex b’riżultat ta’ kwalunkwe reviżjoni f’xi żoni rurali ma jkunx hemm aktar telf ta’ abitati rurali li huwa ta’ benefiċju għall-biodiversità u l-ambjent naturali, u jitqies l-aspett soċjali fejn wieħed għandu jitħalla fit-trankwillità jgawdi, jikkura, japprezza u anki jipprattika dak li jagħmlu parti minn, u qrib ta’ l-art rurali limitata li għad fadal fil-gżejjer Maltin.

Ekonomija

Sport