Il-format tal-VBET Malta Premier ġie mġedded għal ħames staġuni oħra.
Il-clubs membri tal-Malta Premier League iddeċidew li jinżamm il-format preżenti tal-Vbet Malta Premier għal 5 staġuni oħra mill-istagun 2027/28.
Id-deċiżjoni ttieħdet b’vot sigriet bi 11-il vot favur u 1 kontra.
Il-clubs ivvutaw ukoll b’6 voti favur u 6 kontra li l-finali u relegation playoffs issiru fuq 2 legs. B’hekk din il-bidla ma għaddietx u l-finali u relegation playoffs jibqgħu fuq partita waħda.




