Friday, May 2, 2025

Il-Forzi Armati ta’ Malta jmorru b’patrol boat ħdejn il-Freedom Flotilla

Aqra wkoll

Kien matul il-lejl li għadda meta bastiment tal-Freedom Flotilla li kien qiegħed iġorr għajnuna umanitarja lejn il-Medda ta’ Gaża spiċċa attakk permezz ta’ drone bil-konsegwenza li kien hemm ħafna nirien fuq l-istess bastiment.

Andre Callus mill-Moviment Graffitti qal li kien għall-ħabta tat-3.00am meta hu stess għamel rapport mal-Pulizija li 14-il mil Nawtiku ‘l barra mill-kosta ta’ Malta kien għadu kemm seħħ attakk fuq bastiment.

Abbord il-bastiment hemm 30 attivist li kienu sejrin fuq missjoni f’Gaża minħabba s-sitwazzjoni kif inhi bħalissa.

S’issa mhux magħruf min wettaq dan l-attakk permezz ta’ drone… għalhekk hemm suspetti kbar li kien Iżrael li wettqu. 

Fil-midja internazzjonali qiegħed jiġi rraportat li mit-30 persuna abbord ħadd ma weġġa’.

“L-attakk bid-drone kien immirat għal generator tal-bastiment… hemm riskju kbir li l-istess bastiment jgħerq u xi ħadd irid imur isalva lill-attivisti…” qal attivist li kien qiegħed isegwi dan kollu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport