Saturday, December 21, 2024

‘Il fuq minn 35,000 persuna attendew għall-Isle of MTV

Aqra wkoll

It-Tlieta filgħaxija ‘l fuq minn 35,000 persuna gawdew spettaklu mill-aqwa fil-Fosos tal-Furjana waqt l-Isle of MTV. Fost l-artisti internazzjonali li ħadu sehem f’dan il-kunċert kien hemm Nelly Furtado, Raye u Dj Snake. Ma’ dawn ingħaqdu wkoll numru ta’ artisti lokali fosthom Klinsmann, Sarah Bonnici, Debrii, Denzel Jo Armani, DOTX, D-Rey, Gabii, JD Patrick, Kurt, Jamie & Taryn minn 89.7 Bay, Koroma, Dave, Miggy u WYNE.

Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo qal li fil-ġimgħat li ġejjin dan il-kunċert se jsegwuh iżjed minn 150 miljun familja f’50 pajjiż differenti madwar id-dnja fuq it-televiżjoni u l-midja soċjali.

“Dan juri l-importanza ta’ dawn l-avvenimenti li bihom qeghdin noffru prodott turistiku iżjed diversifikat u jservu bħala għodda ta’ reklamar għal pajjiżna,” tenna l-Ministru Bartolo. 

Ekonomija

Sport