Saturday, December 21, 2024

Il-ġenituri tal-mibki Jake Vella fost dawk ippremjati għall-ħidma favur id-drittijiet tal-annimali

Aqra wkoll

Għal sena oħra reġgħu ttellgħu l-Animal Honours Awards, li jiċċelebraw il-ħidma u d-dedikazzjoni ta’ dawk kollha, partikolarment il-voluntiera u l-professjonisti, li ta’ kuljum jaħdmu qatigħ u bla waqfien favur il-ħarsien u d-drittijiet tal-annimali f’pajjiżna.

Fis-serata li ttellgħet nhar il-Ġimgħa filgħaxija, diversi annimali u persuni li jaħdmu favur id-drittijiet tal-istess annimali ġew ippremjati.

Matul ix-xhur tas-sajf, il-pubbliku kellu l-opportunità jinnomina u jivvota għal tnax-il kategorija differenti: 6 kategoriji li huma direttament relatati mal-annimali u 5 oħra għal persuni li jaħdmu fil-qasam tad-drittijiet tal-annimali.

Il-premjijiet ġew ippreżentati mill-Ministru Anton Refalo, mis-Segretarju Permanenti Sharlo Camilleri, mill-Kummissarju għat-Trattament Xieraq tal-Annimali Alison Bezzina, kif ukoll minn Dr Lydia Abela li ppreżentat premju speċjali lill-ġenituri ta’ Jake Vella, għall-memorja ta’ binhom li ħadem bla heda favur il-ħarsien tal-annimali. Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said kienet assenti għal raġunijiet personali.

L-Animal Honours Awards ġew imtella’ mill-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali bil-għan li jagħti ġieħ lil dawk kollha li jagħtu ħinhom għall-annimali, u biex ikompli jissaħħaħ il-ħarsien u t-trattament xieraq tal-istess annimali f’pajjiżna.

Ekonomija

Sport