Il-Gvern Ġermaniż approva abbozz ta’ liġi li jillegalizza x-xiri u l-pussess f’ammonti żgħar ta’ kannabis għall-użu rikreattiv u dan minkejja l-kritika li kien hemm mill-politiċi tal-oppożizzjoni u anke minn imħallfin.
Bil-liġi kif imfassla, il-Ġermanja se tkun qiegħda ssegwi l-passi ta’ Malta, li saret l-ewwel membru tal-Unjoni Ewropea li illegalizza l-kultivazzjoni u l-konsum tal-kannabis għall-użu rikreattiv lura fl-2021.
L-abbozz ta’ liġi, li għad irid jgħaddi mill-parlament Ġermaniż jippermetti lill-adulti li jkollhom sa 25 gramma ta’ kannabis u jkabbru sa tliet pjanti għall-użu personali.
Se jkun permess ukoll li jinħolqu ‘clubs tal-kannabis’ mingħajr skop ta’ qligħ. Dawn il-‘clubs’ se jkunu limitati għal massimu ta’ 500 membru.
Il-Ministru tas-Saħħa Ġermaniż Karl Lauterback sejjaħ dan l-abbozz ta’ liġi bħala “bidla fl-attitudni” tal-Ġermanja b’rabta mal-kannabis. “Ħadd m’għandu jimmiżinterpreta l-liġi. L-użu tal-kannabis se jkun legalizzat iżda xorta waħda għadu perikoluż,” qal Lauterbach.