Saturday, November 23, 2024

Il-Ġermanja twissi lit-Turkija dwar provokazzjoni fil-kwistjoni tal-esplorazzjoni għall-gass fil-Mediterran

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ġermaniż Heiko Maas wissa lit-Turkija biex ma jirrikorrix għall-provokazzjoni fil-kwistjoni tal-esplorazzjoni għall-gass f’żoni kontroversjali fil-Lvant tal-Baħar Mediterran.

“Jekk il-Gvern Tork huwa interessat f’taħditiet, hekk kif afferma ripetutament, allura m’għandux jirrikorri għall-provokazzjoni,” tenna Maas qabel żjara f’Ċipru u l-Greċja.

“Nappellaw lit-Turkija biex ma tagħlaqx id-djalogu li nfetaħ mill-Greċja tramite miżuri unilaterali,” huwa żied jgħid.

L-ogħla emissarju għall-Ġermanja wissa li l-esplorazzjonijiet għall-gas mit-Turkija se jservu ta’ tfixkil għall-isforzi biex titnaqqas it-tensjoni fir-reġjun u l-iżvilupp tar-relazzjoni tat-Turkija mal-Unjoni Ewropea.

Maas żied juri solidarjetà sħiħa tal-Ġermanja ma’ Ċipru u l-Greċja bħala imsieħba tal-Unjoni Ewropea.

Il-Ġermanja attwalment għandha l-presidenza tal-Unjoni Ewropea, u Maas jinsab f’medjazzjoni bejn Ankara u Ateni.

Sport