Wednesday, July 24, 2024

Il-Griegi mingħajr partitarji għal xahrejn

Aqra wkoll

Il-football tal-ogħla livell fil-Greċja se jin­t­lagħab bil-bibien magħluqa għax-xah­rejn li ġejjin fi sforz biex titrażżan il-vjolenza fl-avvenimenti sportivi.

Il-Gvern Grieg ħa l-azzjoni wara li uffiċjal tal-pulizija weġġa’ gravi fi ġlied vjolenti waqt partita tal-volleyball bejn Olympiakos u Panathinaikos il-ġimgħa li għaddiet.

Iż-żewġ naħat huma proprjetà tal-clubs tal-football bl-istess isem. Il-miżura se tkun fis-seħħ sat-12 ta’ Frar, 2024.

Dan jista’ japplika wkoll għal xi logħ­biet f’darhom fl-Ewropa u jista’ jiġi estiż jekk ma titteħidx azzjoni, bħall-installazzjoni ta’ kameras u sistemi ta’ identifikazzjoni elettronika għall-partitarji fl-istadiums, qal il-kelliem tal-gvern, Pavlos Marinakis.

F’dawn l-aħħar snin l-hooliganiżmu ħassar il-football Grieg u s-sena l-oħra l-gvern żied is-sentenza massima għal reati ta’ vjolenza tal-partitarji minn sitt xhur għal ħames snin wara daqqiet ta’ sikkina fatali oħra.

Alkis Kampanos, 19-il sena, inqatel fi Frar tal-2022 f’Tessaloniki waqt ġlieda bejn partitarji tal-clubs rivali tal-belt, Aris u PAOK.

F’Awwissu ta’ din is-sena, partitarju Grieg inqatel wara ġlied vjolenti bejn partitarji li wasslu biex il-partita ta’ kwalifikazzjoni taċ-Champions League bejn AEK Athens u Dinamo Zagreb ġiet abbandunata.

U f’Ottubru, id-derby tal-football bejn Olympiakos u Panathinaikos ġie abbandu­nat wara li player intlaqat minn logħob tan-nar.

Wara dan l-inċident, il-president ta’ Panathinaikos, Giannis Alafouzos, qal li kien hemm ‘kultura ta’ vjolenza’ fil-football Grieg li l-isport qed jipprova jegħleb.

Ekonomija

Sport