Saturday, December 21, 2024

“Il-Gvern alloka fondi biżżejjed biex is-sena d-dieħla 30 pazjent ieħor jieħu l-kura u jgħix f’Dar Bjorn 2”

Aqra wkoll

Bjorn Formosa, il-fundatur ta’ Dar Bjorn, għadu kemm irċieva l-aqwa u l-isbaħ rigal tal-Milied li bih jista’ jserraħ rasu li Dar Bjorn 2 se topera kif previst.

Permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, huwa rringrazzja lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli li għadha kemm ikkonfermatlu li l-gvern alloka fondi biżżejjed biex is-sena d-dieħla 30 pazjent ieħor jieħu l-kura u jgħix f’Dar Bjorn 2.

“Ilna dawn l-aħħar snin niddiskutu u fl-aħħar illum, ftit jiem qabel il-Milied, Julia tagħtini l-aħbar li l-gvern ser jgħina wkoll! Aħna ħadna ħsieb li l-binja se titlesta sal-inqas maduma, u l-gvern ser jgħin fid-day-to-day running tad-dar. M’għandix kliem biex nirringrazzjak aktar! Għadek kemm tgħajt l-isbaħ rigal lil 30 pazjent b’mard newreloġiku li bħalissa qed jistennew bil-ħerqa li jgħixu b’dinjita! Dan apparti t-13 il-pazjent li hemm residenti f’DAR Bjorn Qormi,” qal Bjorn.

Ekonomija

1 kumment

  1. Your style is unique in comparison to other people I
    have read stuff from. Many thanks for posting when you have the opportunity, Guess I
    will just bookmark this site.

Comments are closed.

Sport