Sunday, November 24, 2024

Il-Gvern Awstraljan jgħid li t-theddid tat-terroriżmu fil-pajjiż jista’ jiżdied 

Aqra wkoll

Il-gvern Awstraljan għolla l-livell tat-theddid tat-terroriżmu tal-pajjiż minn “possibbli” għal “probabbli”. Dan hekk kif uffiċjali tas-sigurtà fil-pajjiż qed jwissu dwar riskju akbar ta’ vjolenza 

Il-Prim Ministru, Anthony Albanese, ħabbar dan f’Canberra nhar it-Tnejn. Ingħad li din id-deċiżjoni li jgħolli l-livell tat-theddida ma ġietx ikkawżata minn xi kwistjoni jew ideoloġija waħda, iżda ġie nnutat żiedafil-polarizzazzjoni fl-Awstralja u pajjiżi oħra tal-Punent.

F’kumment li ta lill-midja, il-PM appella lill-mexxejja politiċi biex jaraw il-lingwa tagħhom u biex jidħlu f’dibattitu pubbliku b’mod li jkun rispettuż.

Il-bidla tat-Tnejn tmexxi l-klassifikazzjoni għal-livell medju ta ‘”probabbli”. Wara probabbli, il-livelli l-aktar serji huma “mistennija” u mbagħad “ċerti”.

Il-livell tat-terroriżmu fil-pajjiż, li ġie minn possibli għal probabbli jfisser li l-uffiċjali tas-sigurtà jemmnu, li hemm ċans ta’ aktar minn 50% li jkun hemm attakk fuq l-art jew ippjanar ta ‘attakk fit-tnax-il xahar illi ġejjin.

Sport