Monday, May 20, 2024

Il-Gvern Britanniku jgħid li s-sitwazzjoni tal-fjuwil “tinsab taħt kkontroll”

Aqra wkoll

Għadd ta’ pompi f’Londra għadhom magħluqin

Il-gvern Ingliż qal li s-sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ fjuwil tinsab taħt kontroll, u dan minkejja li f’Londra għad baqa’ numru ta’ pompi tal-petrol magħluqin. 

Din is-sitwazzjoni żvol­ġiet minħabba nuqqas kbir ta’ xufiera tat-trakkijiet li jwasslu l-provvisti tal-fjuwil. Dan kollu kkawża ġimgħa ta’ kaos fejn saħansitra kienu rrapportati każijiet ta’ ġlied bejn persuni li marru jimlew il-fjuwil fi bramel u anke fliexken tal-ilma. Is-sitwazzjoni issa jidher li qiegħda terġa’ lura għal ċertu normalità wara li l-gvern ħareġ ordni biex is-suldati jwasslu fl-fjuwil fil-pompi tal-petrol. 

Bosta kienu dawk il-politiċi Ewropej li qalu li n-nuqqas ta’ xufiera huwa konsegwenza diretta tar-referendum tal-Brexit fejn dak­inhar għexieren ta’ eluf ta’ xufierea kienu telqu mir-Renju Unit. Min-naħa tiegħu, il-gvern Britanniku qal li dan seħħ minħabba l-lockdowns tal-Covid-19.

Sport