Sunday, December 22, 2024

“Il-gvern immexxi minn Abela baqa’ jieħu d-deċiżjonijiet b’mod konsistenti biex jipproteġi s-saħħa tan-nies” – PL

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista qal li l-gvern immexxi minn Robert Abela baqa’ jieħu d-deċiżjonijiet b’mod konsistenti biex jipproteġi s-saħħa u l-għajxien tan-nies skont ir-riżultati marbuta max-xjenza.

Huwa qal dan fi stqarrija maħruġa lbieraħ filgħaxija b’referenza għall-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista dwar il-Covid-19.

Il-PL qal li huwa faċli ħafna li xi darba tolqot dak li jkun qal il-Kap tal-Oppożizzjoni għax ġurnata jkun qal mod u ġurnata jkun qal mod ieħor.

Il-Partit Laburista nnota kif illum il-każi tal-Covid-19 huma iktar taħt kontroll, ir-rata ta’ persuni fl-isptarijiet baqgħet waħda stabbli u fuq kollox żdiedet b’mod qawwi r-rata ta’ booster.

Temm jgħid li huwa għalhekk li l-gvern jista’ jkompli bl-istrateġija li tnaqqas il-mizuri u li tieħu ħsieb is-saħħa tan-nies, strateġija bbażata fuq il-fatti u mhux fuq il-populiżmu.

Ekonomija

Sport