Saturday, December 21, 2024

“Il-Gvern se jkun magħkom biex il-ħolm u l-aspirazzjonjiet tagħkom twettquhom u jsiru realtà” – il-PM

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Waqt attività politika flimkien maż-żagħżagħ f’San Ġiljan, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela, akkumpanjat minn martu Dr Lydia Abela, tkellmu dwar kemm huma importanti ż-żgħażagħ u dwar iż-żjara fil-Junior College fejn iltaqgħu ma’ żgħażagħ li huma għatxana biex jagħtu kontribut biex ikomplu jibdlu lil dan il-pajjiż. 

Dr Lydia qalet li ħadet pjaċir tisma liż-żgħażagħ ifaħħru l-proposti tal-Partit Laburista. Qalet li meta jgħidu li jridu jibdlu lil dan il-pajjiż, l-edukazzjoni se tkun qed tingħata prijorità assoluta, filwaqt li żiedet tgħid li trid tinħoloq kultura li l-edukazzjoni ma tieqafx fuq il-bank tal-iskola.

Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru qal li din iż-żjara kienet waħda mill-isbaħ esperjenzi s’issa fil-kampanja fejn iddiskutew temi importanti, li huma l-istess temi li huma ta’ prijorità għal dan il-Gvern. 

Qal ukoll li ddiskutew l-aspirazzjonijiet u ra li ż-żgħażagħ għandhom aspirazzjonijiet differenti. “Il-kelma waħda tiegħi kienet waħda – il-Gvern se jkun magħkom biex il-ħolm u l-aspirazzjonjiet tagħkom twettquhom u jsiru realtà,” qal Dr Abela.

Qal li ħaġa li ammira fost iż-żgħażagħ kien l-element ta’ kuraġġ, l-entużjażmu u l-ħsieb li jkunu kemm ikunu diffiċli ċ-ċirkostanzi dejjem tista’ tasal.  F’dan ir-rigward qal li għalhekk jemmen li ż-żgħażagħ huma mhux biss il-mexxejja ta’ għada imma anke tal-lum.

“Ejja naħdmu kemm nifilħu ħalli l-futur ta’ dan il-pajjiż nagħmluh wieħed b’saħħtu. Il-vot 16 xi jfisser? Li inthom li għandkom taħt it-18-il sena, għall-ewwel darba se tkunu tistgħu tivvutaw f’elezzjoni ġenerali. L-impremm turija ta’ fiduċja li dan il-Gvern seta’ jkollu fil-ġenerazzjoni żagħżugħa.

Hawnhekk huwa fakkar fil-proposta tagħhom jekk il-poplu jagħtihom il-fiduċja li hija dik li żgħażagħ ta’ 16-il sena u aktar ikunu jistgħu  saħansitra jikkontestaw elezzjoni ġenerali. 

Ekonomija

Sport