Wednesday, December 25, 2024

Il-GWU b’donazzjoni lill-Fondazzjoni Marigold 

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union ippreżentat donazzjoni lill-Fondazzjoni Marigold sabiex din tkompli ssaħħaħ il-kampanja tagħha ta’ għarfien dwar il-mard tal-kanċer tas-sider fin-nisa u dwar ċertu kundizzjonijiet li jaffettwaw lill-irġiel.

Iċ-Ċerpersin tal-Fondazzjoni Marigold, is-Sinjura Michelle Muscat saħqet fuq l-importanza li niċċekkjaw lilna nfusna u li ma nibżgħux nersqu ‘l quddiem u nitkellmu jekk inħossu xi ħaġa u fuq kollox infittxu l-għajnuna f’każ li jkun hemm bżonn.

“Huwa proprju dan l-għan wara l-kampanja Pink October-Movember ’22,” qalet Muscat. “Importanti wkoll li ngħaddu dan il-messaġġ lill-ħaddiema. Li noħolqu aktar kuxjenza huwa importanti biex nagħtu aktar kas tagħna nfusna.” 

Id-donazzjoni ta’ flus ġiet ippreżentata mis-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja u d-Deputat Segretarju Ġenerali tal-GWU Kevin Camilleri lis-Sinjura Michelle Muscat. Preżenti kien hemm ukoll segretarji ta’ diversi taqsimiet u ħaddiema oħra.

Ekonomija

Sport