Il-GWU f’laqgħa mal-Ministru Anton Refalo

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union kompliet għaddejja bis-sensiela ta’ laqgħat mal-Ministri tal-Kabinett u Segretarji Parlamentari. Iż-żjarat qed isiru fi sfond tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali partikolarment f’dak li jikkonċerna direttament mal-ħaddiema. Ilbieraħ, l-amministrazzjoni l-ġdida tal-GWU kellha diskussjoni mal-Ministru responsabbli mill-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel Anton Refalo fil-Ministeru tiegħu. Fil-laqgħa ġew diskussi diversi temi marbuta ma’ dawn is-setturi.

F’kelmtejn li għamel is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Kevin Camilleri, huwa qal li l-laqgħa kienet waħda pożittiva ħafna u li wasslet biex jiġu identifikati possibbiltajiet li dwarhom iż-żewġ naħat jistgħu jaħdmu fuqhom anke dawk ta’ xeħta diffikultuża. Camilleri semma’ kif il-koperazzjoni min-naħa tal-Ministeru hi waħda miftuħa u li tagħti lok għal aktar kollaborazzjoni flimkien. Tenna li flimkien mal-Ministeru se jkomplu jaħdmu għall-ġid tal-ħaddiema li jaħdmu f’dawn is-setturi.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Anton Refalo qal li l-laqgħa mal-GWU kienet waħda kordjali ħafna fejn ġew diskussi suġġetti importanti ħafna għall-ġid tal-ħaddiem Malti u Għawdxi. “Identifikajna wkoll ċertu areas li fihom nistgħu naħdmu flimkien għall-ġid tas-settur u rridu nkomplu naħdmu wara kollox għall-poplu Maltiu Għawdxi kollu,” qal il-Ministru Refalo.

Preżenti għal din il-laqgħa f’isem il-GWU kien hemm ukoll il-President Jason Deguara, id-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Abela u r-rappreżentat tal-union għal Għawdex Jonathan J. Vella.

Dawn iż-żjarat li qiegħda tagħmel il-GWU mistennija li jkomplu fil-jiem li ġejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport