Saturday, April 27, 2024

Il-GWU turi s-sogħba tagħha għall-mewt ta’ Joe Zahra

Aqra wkoll

Il-GWU flimkien mal-Għaqda Pensjonanti turi s-sogħba tagħha għat-telfa tas-Sur Joe Zahra. Huwa ilu membru tal- Kumitat tal-Għaqda mill-1997. Din hija telfa mhux biss għall-Għaqda u l-GWU imma wkoll għall-moviment trejdunjonistiku. Is-Sur Zahra mmilita fi ħdan il-GWU għal bosta snin f’diversi kumitati, kif ukoll kien membru tal-Eżekuttiv tat-Taqsima Tarznari Metall u membru fil-Kunsill Nazzjonali tal-Union.

IL-GWU flimkien mal-Għaqda Pensjonanti filwaqt li ssellem it-tifkira ta’ Joe Zahra, turi solidarjetà mal-familja tiegħu f’dan il-mument diffiċli u twassal il-kondoljanzi.

Sport