Saturday, April 27, 2024

Ifaqqsu 16-il ferħ ta’ fekruna fil-Bajja tal-Għadira; Mistennijin ifaqqsu aktar fil-jiem li ġejjin

Aqra wkoll

Sittax-il ferħ ta’ fekruna faqqsu minn bejta fil-Bajja tal-Għadira. Il-frieħ tal-fkieren dehru joħorġu mill-bejta għall-ħabta tad-9.30 p.m. tal-bieraħ wara perjodu ta’ inkubazzjoni li kien meqjus li kien suċċess.

Il-bejta se tibqa’ tiġi mħarsa matul il-jiem li ġejjin hekk kif aktar frieħ ta’ fkieren mistennijin li joħorġu mill-bejta.

Uffiċjali li kienu fuq il-post minnufih informaw lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi u ħadu azzjoni biex jiggwidaw l-frieħ tal-fkieren sa tarf il-baħar.

Il-frieħ huma attirati mir-rifless tal-qamar fuq wiċċ il-baħar u l-ewwel istint tagħhom hekk kif ifaqqsu huwa li jgħumu fid-direzzjoni tar-rifless.

Għaldaqstant l-ERA nidiet il-pjan tagħha biex tnaqqas l-interferenza li jista’ jkun hemm minn dawl artifiċjali jew oġġetti fiżiċi fuq il-bajja biex jassiguraw li l-ewwel vjaġġ tal-frieħ ikun wieħed ta’ suċċess.

Ghadira Turtle Nest Hatching from ERA on Vimeo.

Sport