Friday, April 19, 2024

Il-familja Gasan tfittex li toħroġ mill-proġett tal-Electrogas

Aqra wkoll

Il-familja Gasan qed tfittex li toħroġ mill-konsorzju tal-Electrogas hekk kif ma tridx li jkollha konnessjonijiet mal-kontroversja rigward il-proġett tal-power station.

Fi stqarrija ċ-Ċermen Joe Gasan u l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv Mark Gasan qalu li fid-dawl tal-kontroversja li qed idur mal-proġett, irrispettivament mill-fatt li qatt ma aġixxew ħażin tul il-proġett, qed jidentifikaw kull il-possibbiltajiet kollha biex joħorġu l-interessi tagħhom u ma jagħmlu ebda profitt minn dan l-investiment.

Il-kumpanija Gasan hija shareholder ta’ 11.72% fil-konsorzju tal-powerstation li dwarha ħarġu bosta allegazzjonijiet u anke kienet konnessa mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-familja Gasan hija waħda minn tliet familji li investew f’dan il-proġett flimkien mal-familja Fenech u dik ta’ Apap Bologna.

Fl-istqarrija Gasan enterprises qalu li ma rċevew l-ebda dividends minn dan l-investiment u kienet irreġistrat biss telf.

Sport