Monday, January 6, 2025

Il-GWU u Siegfried Malta Ltd. jiffirmaw Ftehim Kollettiv ta’ erba’ snin għal titjieb fil-benefiċċji tal-ħaddiema

Aqra wkoll

It-Taqsima Kimika u Enerġija fi ħdan il-General Workers’ Union (GWU) u l-fabbrika farmaċewtika Siegfried Malta Ltd. iffirmaw Ftehim Kollettiv ġdid li jkopri erba’ snin minn Jannar tal-2025. Dan il-ftehim, wara diversi diskussjonijiet kostruttivi, jiggarantixxi titjib sinifikanti fil-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-impjegati.

Minn meta bdew il-kollaborazzjoni tagħhom fl-2018, Siegfried Malta Ltd. u l-GWU dejjem taw prijorità lit-titjib tal-benesseri tal-ħaddiema. Il-Ftehim ġie iffirmat minn Rita Dimech, Segretarju tat-Taqsima Kimika u Enerġija flimkien ma’ Leander Mizzi, Shop Steward u Louis Azzopardi, Kap tar-Riżorsi Umani ta’ Siegfried Malta Ltd. L-isforzi ddedikati tagħhom kienu kruċjali biex jintlaħaq dan il-ftehim importanti.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport