Saturday, May 18, 2024

“Il-ħajja wisq qasira biex nibgħatu lit-tfal dawk is-sigħat kollha fi skola”

Aqra wkoll

Ġenituri fir-Renju Unit qegħdin ibiddlu l-fehma tagħhom dwar il-bżonn li wliedhom jagħmlu dawk is-sigħat kollha jattendu l-iskola. Fil-fatt ħafna ġenituri qalu li l-ħajja hija wisq qasira biex it-tfal qegħdin jagħmlu dawk is-sigħat kollha fil-klassi.

Dan ħareġ minn rapport li ġie ppubblikat minn Public First fejn staqsew eluf ta’ persuni dwar l-opinjoni tagħhom fejn tidħol l-edukazzjoni ta’ wliedhom.

Jirriżulta li l-lockdowns li saru biex tiġi kkontrollata l-pandemija biddlet il-fehma ta’ diversi ġenituri fejn tidħol l-edukazzjoni fejn qabel kienu jgħid li t-tfal għandhom wisq vaganzi.

Eluf kbar ta’ studenti kuljum qegħdin jitilfu l-iskola għal xejn b’xejn. F’ġurnata partikolari kien hemm 24,700 tifel u tifla li ma marrux skola.

Waħda mill-ġenituri li dentifikata lilha nnifisha bħala Dominique qalet li binha Elijah qegħdin ikunu wisq b’anzjetà biex jattendi l-iskola minn wara l-pandemija.

Ħafna ġenituri fir-Renju Unit qegħdin jissuġerixxu biex jitnaqqsu s-sigħat tal-iskola biex b’hekk it-tfal ukoll fil-ġranet tax-xitwa jkunu jistgħu jgawdu l-ħajja.

Sport