Wednesday, July 24, 2024

Il-Ħamis jiftħu l-applikazzjonijiet għal 884 post fl-iskejjel tal-Knisja

Aqra wkoll

Nhar il‑Ħamis li ġej, l‑1 ta’ Frar, se jiftħu l‑applikazzjonijiet onlajn għal ‘Applikanti Oħra’ għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja f’Malta u f’Għawdex għas‑sena skolastika l‑ġdida li tibda f’Settembru li ġej. 

B’kollox se jintgħażlu 884 student/a, total ta’ 794 -il student fl-iskejjel ta’ Malta u 90 student f’Għawdex

L‑applikazzjonijiet għall‑iskejjel f’Malta u Għawdex se jintlaqgħu bejn l‑1 u l‑14 ta’ Frar u l‑20 u d‑29 ta’ Frar 2024. L‑applikazzjonijiet għal każijiet ta’ ażil jiftħu f’Marzu.

L‑applikazzjonijiet għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja f’Malta jsiru fuq knisja.mt/applikazzjonijiet.

Ekonomija

Sport