Friday, April 19, 2024

Il-Honey & Bee Fest tattira bosta familji

Aqra wkoll

Bejn ilbieraħ u llum fil-Ġonna tal-Ville Rundle ir-Rabat qed tiġi organizza il-Honey & Bee Fest (Għawdex Art il-Għasel) mill-Ministeru għal Għawdex. Attività li l-mistiedna speċiali tagħha huma Tal-Fuklar Folk Group li ħejjew programm mimli b’kant folkloristiku.

Fid-daħla prinċipali ta’ dan il-ġnien kien hemm diversi stands b’ikel u prodotti oħra magħmulin bl-għasel t’Għawdex. F’waħda minnhom, ġibed l-attezjoni ta’ bosta, ferħ naħal bir-reġina magħluq bejn żewġ ħġiġiet biex dawk preżenti jkunu jistgħu igawdu aktar in-naħal li jipproduċu l-għasel Għawdxi fejn f’din il-gżira żgħira għandna bosta dilettanti li jrabbu n-naħal u jipproduċu għasel u prodotti oħrajn magħmula min dan il-prodott.

Ma setgħetx tonqos il-preżenza ta’ animaturi li komplew iżewqu l-attività b’ħafna tfal iduru u jieħdu ritratti komemorattivi.

Sport