Monday, April 29, 2024

Il-PM Indjan iwiegħed li dawk ħatja tal-inċident ferrovjarju se jpattu qares

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru tal-Indja, Narendra Modi ddikjara li dawk li jinstabu ħatja li kkaġunaw l-inċident ferrovjarju fil-Lvant tal-Indja se jpattu qares ta’ għemilhom. Minn tal-anqas 288 persuna nqatlu u aktar minn 800 oħra ndarbu fl-inċident li seħħ bejn żewġ ferroviji tal-passiġġieri u oħra tal-merkanzija l-Ġimgħa.

Il-Prim Ministru Modi żar ix-xena tal-inċident li ddeskrivieha bħala waħda li tweġġa’. Hu ltaqa’ wkoll mal-midrubin u wiegħed li l-Gvern se jagħmel dak kollu possibbli biex dawk kollha li ndarbu jingħataw il-kura li tixirqilhom.

Għadu mhux magħruf x’wassal għall-ħabta iżda skont l-ewwel indikazzjonijiet jidher li kien hemm mal-2,000 persuna abbord iż-żewġ ferroviji tal-passiġġieri.

Sport