Tuesday, May 14, 2024

MFPA jirbħu l-VMFA Trophy

Aqra wkoll

L-MFPA kisbu d-double tul dan l-istaġun fejn wara li rebħu l-kampjonat, kisbu suċċess ukoll fil-VMFA Trophy wara li għelbu lil Żejtun Red Stars 4-2.

Kienet logħba fejn l-MFPA amministraw tajjeb b’Żejtun li għalkemm baqgħu fil-logħba, kien ferm diffiċli għalihom biex jinfdu d-difiża ferm kompatta tal-avversarji tagħhom.

Kien Mark Zammit li poġġa lil MFPA minn fuq sabiex Michael Mifsud għamilhom 2-0.

Żejtun naqqsu l-marġni tal-iskor minn George Frendo iżda qabel tmiem l-ewwel taqsima, Aleksandar Ribic skorja t-tielet gowl għat-tim tiegħu.

Fit-tieni taqsima, il-pjan tal-logħba qajla nbidel b’MFPA li sabu ċ-ċans jiskorjaw ir-raba’ gowl minn Mark Barbara b’Gilbert Camilleri Lowell jiskorja t-tieni gowl ta’ konsolazzjoni għal Żejtun Red Stars.

Fi tmiem il-konfront, il-president tal-Veterans Malta Football Association Malcolm Camilleri ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ MFPA Carlo Mamo.

MFPA: Matthew Xerxen, Aleksandr Ribic, Branko Nisevic, Carlo Mamo, Charles Polidano, Manuel Sevasta, Michael Mifsud, Roderick Bajada, Stephen Wellman, Mark Barbara, Mark Zammit.

Żejtun Red Stars: Ludvic Fardell, Eric Saliba, Etienne Farrugia, Joseph Chetcuti, Michael Borg Olivier, Michael Ciappara, Nenad Stankic, Noel Tabone, George Frendo, Gilbert Camilleri Lowell.

Referee: Lorry Sammut.

Sport