Friday, May 3, 2024

Blackball: Roberta Cutajar issaħħaħ postha fl-ewwel post

Aqra wkoll

Roberta Cutajar saħħet postha fl-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat femminili tal-Blackball wara li kisbet seba’ punti mill-aħħar tliet konfronti tagħha.

Bla dubju li l-iktar konfront mistenni kien dak bejn l-istess Cutajar u Donna Bugeja li kienet tinsab fit-tieni post tal-klassifika bl-iskor finali jkun dak ta’ 5-5.

Sadanittant, Cutajar kisbet żewġ rebħiet identiċi ta’ 6-1 kontra Ana Thomas u Vanessa Tedesco.

Aktar qabel anke Donna Bugeja kisbet rebħa ta’ 6-4 kontra Lorna Micallef sabiex saħħet it-tieni post tal-klassifika.

Caroline Grech u Ana Thomas qed jaqsmu t-tielet post wara li kisbu rebħiet importanti. Grech għelbet lil Triziane Farrugia 6-2 filwaqt li Thomas telgħet skaluna oħra wara rebħiet ta’ 6-3 u 6-2 kontra Lorna Micallef u Alessia Cassano.

Il-kampjonat ikompli għada meta jintlagħab l-għaxar round.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI TAN-NISA

Roberta Cutajar 25, Donna Bugeja 17, Caroline Grech, Ana Thomas 13, Alexia Cassano 12, Lorna Micallef 9, Vanessa Tedesco 4, Triziane Farrugia, Marie Claire Dimech 3.

Sport