Friday, December 27, 2024

Il-Kabinett japprova d-deċiżjoni biex it-titlu tal-pixxina ta’ Wied il-Għajn jgħaddi f’idejn Marsaskala Aquatic Sports Club

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Dr Robert Abela ftit tal-ħin ilu ħabbar li llum il-Kabinett approva deċiżjoni li se twitti t-triq biex it-titlu tal-eks pixxina nazzjonali f’Wied il-Għajn jiġi trasferit lill-Marsaskla Aquatic Sports Club.

Fuq il-midja soċjali Dr Abela fakkar li bħal dan iż-żmien sentjen waqt il-kampanja elettorali kien wieġħed li ż-Żonqor se jingħata lura lin-nies. Sostna li din il-wegħda nżammet iżda kienet biss l-ewwel pass.

Il-Prim MInistru qal li bid-deċiżjoni tal-kabinett se jibda l-proċess fil-Parlament biex dan it-trasferiment isir.

F’dan l-isfond huwa rrimarka li din hija deċiżjoni oħra li se tħalli effett pożittiv fil-komunità u rrefera wkoll lejn il-wiegħda li ż-Żonqor jingħata lura lin-nies.

Ekonomija

Sport