Monday, May 13, 2024

Il-kantanta Sarah Bonnici llejla tiftaħ it-tieni semifinali tal-Eurovision

Aqra wkoll

Il-kantanta Għawdxija Sarah Bonnici llum se tirrappreżenta lil pajjiżna fit-tieni semifinali tal-Eurovision Song Contest li qed isir f’Malmö, l-Iżvezja. Hija se tkun qiegħda tiftaħ is-semifinali tal-lejla bil-kanzunetta “Loop”. Minn din it-tieni semifinali jridu jgħaddu 10 pajjiżi oħra għall-finali tas-Sibt li ġej, minn total ta’ 16-il pajjiż li se jipparteċipaw.

It-Tlieta li għadda saret l-ewwel semifinali u fiha għaddew dawn il-pajjiżi: is-Serbja, il-Portugall, is-Slovenja, l-Ukrajna, il-Litwanja, il-Finlandja, Ċipru, il-Kroazja, l-Irlanda u l-Lussemburgu. Sitt pajjiżi oħra – Franza, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja, ir-Renju Unit (magħrufa bħala l-Big 5) u l-Iżvezja (il-pajjiż li rebaħ l-edizzjoni tal-Eurovision tas-sena li għaddiet) ikkwalifikaw awtomatikament għall-finali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport