Tuesday, April 30, 2024

Il-każi attivi jaqbżu l-2,500; imutu żewġt irġiel

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li bejn il-Ħadd u t-Tnejn feġġew 251 każi ġodda ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 66 oħra li kienu dikjarati bħala li fiequ mill-virus. B’hekk it-total ta’ każi attivi żdiedu għal 2,539.

It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija telgħu għal 624 wara li fl-aħħar sigħat miet raġel ta’ 79 sena u ieħor ta’ 85 sena waqt li kienu pożittivi bil-virus.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 54 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus b’persuna minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. 

Sal-Ħadd filgħaxija kienu ngħataw 1,252,837 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 348,409 kienu dożi tal-booster.

Sport