Bejn il-Ħadd u t-Tnejn feġġew 114-il każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 185 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. Dan ifisser li l-każi attivi issa huma 3,351.
It-total ta’ mwiet relatati mal-pandemija issa telgħu għal 700 wara li fl-istess 24 siegħa mietu żewġ persuni waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
Intant, mil-lum qed jitneħħew kważi għalkollox ir-restrizzjonijiet.