Tuesday, May 14, 2024

Illum jitneħħew kważi għalkollox ir-restrizzjonijiet

Aqra wkoll

Mil-lum, l-użu tal-maskri mhux se jibqa’ obbligatorju ħlief fl-isptarijiet, djar tal-anzjani, kliniċi mediċi u fuq titjiriet, minn u lejn Malta, filwaqt li huwa rakkomandat li tintlibes il-maskra f’postijiet fil-magħluq bħal fuq it-trasport pubbliku.

Mhuwiex se jibqa’ neċessarju li jimtela l-Passenger Locator Form biex tivvjaġġa lejn Malta minn pajjiż taż-żona ħamra, filwaqt li l-miżuri restrittivi kollha relatati mal-avvenimenti organizzati se jitneħħew ukoll.

Mil-lum ukoll, kull min hu pożittiv għall-Covid-19, kemm dawk li ħadu l-vaċċin u kif ukoll dawk li mhumiex ivvaċċinati, se jkunu obbligati li jiżolaw ruħhom għal għaxart ijiem, jew sebat ijiem kemm-il darba jsir test fis-seba’ jum li jirriżulta fin-negattiv. 

Filwaqt li mhijiex ser tibqa’ mandatorja l-kwarantina għall-persuni li jgħixu fl-istess residenza, huwa rakkomandat li dawn il-persuni jagħmlu test fit-tielet jum, jew jekk jiżviluppaw sintomi huma wkoll. Kuntatti primarji tal-persuna pożittiva, kemm jekk ivvaċċinati kif ukoll jekk le, mhumiex se jintalbu jagħmlu kwarantina mandatorja.

Sport