Monday, July 13, 2026
Home Covid-19 Il-każi attivi jinżlu għal 4,534 u jmutu erba’ persuni

Il-każi attivi jinżlu għal 4,534 u jmutu erba’ persuni

0
823
Ritratt: Roger Azzopardi

Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 178 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 505 persuni. 

L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 4,534. 

It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija issa tela’ għal 692 wara li fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn mietu erba’ persuni oħra waqt li kienu pożittivi għall-virus.