Friday, May 3, 2024

McDonald’s twiegħed 3,500 siegħa ta’ volontarjat fil-komunità 

Aqra wkoll

McDonald’s qed tikkommetti ruħha li din is-sena, l-impjegati tagħha se jkunu qed iwasslu iżjed minn 3,500 siegħa ta’ volontarjat fil-komunità b’riżq Din l-Art Ħelwa, is-Soup Kitchen u r-Ronald McDonald House Charities.

“McDonald’s rat ix-xewqa tal-impjegati li riedu jwasslu kontribut iżjed xieraq fil-komunità u kien għalhekk li sabiex twettaq din ix-xewqa, il-kumpanija tat bidu għal programm ta’ volontarjat. Fil-fatt, dan huwa mod tajjeb ħafna kif inżommu il-valuri tal-kumpanija ħajjin. McDonald’s tifhem l-irwol li għandu jkollha fil-komunità li fiha hija topera u tieħu r-responsabbiltajiet tagħha bis-serjetà ħafna. Kuntenti li qed nagħtu s-sehem tagħna,” qalet Consuela Barbara, Direttur tar-Riżorsi Umani u t-Taħriġ ta’ Premier Restaurants Malta, l-operaturi ta’ McDonald’s f’Malta.

B’kollox, il-programm ta’ volontarjat din is-sena se jinvolvi 170 impjegat li jaħdmu full-time. 

Fis-Soup Kitchen — NGO li twassal ikel nutrijentali lil individwi li ma jkollhomx x’jieklu, l-impjegati ta’ McDonald’s se jkunu qed jagħmlu xogħol ta’ volontarjat kull ġimgħa, billi jgħinu fit-tħejjija tal-ikel. 

Fir-Ronald McDonald House Charities — organizzazzjoni mhux bi profitt — li taħdem ma’ tfal u l-familji tagħhom meta t-tfal ikunu morda, l-impjegati ta’ McDonald’s se jkunu qed jgħinu fix-xogħol ta’ tindif kull ġimgħa.

Ritratt: Mc Donald’s

U fid-dawl tal-valuri tal-kumpanija li tippromwovi ambjent sostenibbli u toħloq kuxjenza dwar il-ħarsien tal-ambjent, McDonald’s se tkun qed tibgħat impjegati tagħha ma’ Din l-Art Ħelwa biex jgħinu fit-tindif ta’ xtajtiet u postijiet rurali madwar Malta u bit-tiżrigħ ta’ siġar.

Fil-fatt, bħala parti mill-impenn tagħha li tkompli tgħin sabiex f’Malta jkun hawn iżjed ħdura, McDonald’s diġà żergħet madwar 200 siġra.

Il-klijenti ta’ McDonald’s se jinnotaw lill-impjegati lebsin uniformijiet bil-messaġġ ‘Ejja Ngħinu lill-Komunità Flimkien’ u fuq il-midja soċjali, l-udjenzi se jkunu jistgħu jaraw lill-impjegati ta’ McDonald’s iwettqu l-volontarjat tagħhom online.

Sport