Friday, May 17, 2024

Il-każi attivi jinżlu taħt l-400

Aqra wkoll

Skont l-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar sigħat feġġew 13-il każ ġdid u rkupraw 43 persuna mill-virus. B’hekk il-każi attivi issa niżlu għal 391.

Rigward dawk rikoverati fl-Isptar minħabba l-Covid-19 ntqal li hemm 17-il persuna rikoverati u li erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-kura intensiva.

Il-vittmi tal-Covid-19 baqa’ 457 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Sas-Sibt kienu ngħataw 816,767 doża tal-vaċċin li minnhom 6,908 huma booster dose.

Sport