Monday, May 13, 2024

Raġel imfittex mill-Awtoritajiet Amerikani arrestat f’Malta

Aqra wkoll

Il-Pulizija Maltija mit-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali, arrestaw raġel ta’ 68 sena, li kien qed jiġi mfittex mil-Awtoritajiet Amerikani. 

Ir-raġel kien imfittex sabiex jgħaddi proċeduri b’rabta ma’ tixħim, assoċjazzjoni fuq frodi ta’ madwar $50 miljun lill-Gvern Amerikan u assoċċjazzjoni ta’ ħasil ta’ flus. 

Ir-raġel wasal Malta ilbieraħ u kien arrestat kmieni dalgħodu wara ħidma konġunta bejn l-Awtoritajiet Maltin u Amerikani. 

Huwa ser jitressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Yana Micallef Stafrace, illum, għall-ħabta tas-2:30 p.m. 

Il-Prosekuzzjoni ser titmexxa mill-Ispetturi Robinson Mifsud u Omar Zammit mit-Taqsima tar- Relazzjonijiet Internazzjonali. 

Sport