Wednesday, April 24, 2024

Il-kelb tad-Dwana Sparky jaqbad żewġ passiġġiera li kellhom sustanzi illeċiti

Aqra wkoll

Sparky, kelb tad-Dwana, qabad żewġ passiġġiera Ingliżi li fuqhom kellhom sustanzi illeċiti.

Fi stqarrija, id-Dwana qalet li lbieraħ, wara talba għall-għajnuna mill-kamra tal-kontroll tal-Ajruport, uffiċjali tad-Dwana għamlu tfittxija fuq għaxar passiġġieri rġiel li kienu qed jivvjaġġaw lejn Malta minn Leeds.

Id-Dwana qalet li waqt li kienu qed isiru t-tfixxijiet fil-bagalji tal-passiġġiera, Sparky, grazzi għat-taħriġ li ngħata, rreaġixxa għal żewġ bagalji. Żewġ passiġġieri nstabu li kellhom fil-pussess tagħhom sustanzi illeċiti.

Passiġġier minnhom instab li kien qed iġorr borża tal-plastik bi trab abjad, suspettat li huwa kokaina, u żewġ pakketti ssiġġillati li fihom kien hemm pilloli suspettati li huma Ecstasy.

Il-passiġġier l-ieħor instab li kellu fil-pussess tiegħu grinder bi traċċi ta’ sustanza suspettata li hija Marijuana u pakkett b’sustanza suspettata li hija kannabis.

Il-każ ingħadda lill-Pulizija għal aktar investigazzjoni.

Sport