Sunday, December 22, 2024

Il-Kenjan Emmanuel Wanyonyi jirbaħ it-800m

Aqra wkoll

Emmanuel Wanyonyi ġera l-ħames l-iktar 800m veloċi minn atleta li rebaħ id-deheb fl-ewwel finali tal-aħħar serata tal-atletika.

F’din it-tellieq kien hemm bosta sfidanti denji – Djamel Sedjati tal-Alġerija, il-Franċiż Gabriel Tual u l-Kanadiż, Marco Arop.

Kien Wanyonyi li llidja minn Tual fl-ewwel dawra. Bryce Hoppel tal-Istati Uniti beda javvanza wkoll hekk kif instemgħet il-qanpiena.

Kien fadal 300 u Tual beda jattakka lil Wanyonyi. Iżda dan tal-aħħar żamm miegħu u fil-aħħar 200m  għamel il-mossa tiegħu!

Il-Kenjan mar fuq quddiem u Tual inqabeż ukoll minn Arop li seta’ jieħu lil Wanyonyi iżda dan ġera l-ħames l-iktar ħin veloċi fl-istorja, 1:41.19, għal vantaġġ dinji ġdid li jarah jitla’ it-tielet fil-lista ta’ kull żmien.

Arop ħa l-fidda f’1:41.20, rekord ġdid tal-Amerikas għall-Kanadiż u Sedjati l-bronż f’1:41.50.

Ekonomija

Sport