Wednesday, July 24, 2024

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tħabbar proġett pilota f’Santa Luċija

Aqra wkoll

Bil-għan li tiġi indirizzata l-ħela tal-ilma fir-residenzi, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tniedi Proġett Pilota – Kampanja ta’ upgrade tal-Valv tal-Tank tal-Ilma b’xejn, esklussivament għar-residenti tan-Neighbourhood 1 f’Santa Luċija. Dan il-proġett pilota għandu l-għan li jindirizza l-problema tat-telf tal-ilma fid-djar, fejn madwar 500,000 litru ta’ ilma jintilfu kull sena minħabba ‘leakages’ f’din il-lokalità biss.

Statistiċi riċenti wrew li madwar 3,200 kont madwar il-gżira jbatu minn problemi ta’ leakages, li jwasslu għal ħela kbira tal-ilma u żieda fl-ispejjeż għar-residenti. WSC diġà qed tinfurma lill-klijenti dwar leakages interni permezz tat-taqsima tal-monitoraġġ tad-data assistita mill-AI u issa qed tidħol għal din l-inizzjattiva.

WSC qed tniedi din l-inizjattiva mmirata f’Santa Luċija bħala proġett pilota, bit-tama li tespandi l-programm ibbażat fuq is-suċċess tagħha.

“Meta nindirizzaw il-leakages mhux biss qed nipproteġu r-riżorsi tal-ilma tagħna iżda wkoll qed intejbu l-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini tagħna,” qal Karl Cilia, il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma. “Dan il-proġett pilota f’Santa Luċija huwa pass kruċjali lejn applikazzjoni usa’ ta’ dawn il-miżuri li jiffrankaw l-ilma.”

Ir-residenti tan-Neighbourhood 1 f’Santa Luċija huma mistiedna jipparteċipaw f’din il-kampanja, li se tipprovdi lilhom valv tal-aħħar teknoloġija għat-tank tal-ilma tagħhom, mingħajr ebda spiża. Dan l-upgrade ser jgħin biex tnaqqas b’mod sinifikanti r-riskju ta’ ħela tal-ilma, u jiżgura provvista tal-ilma aktar effiċjenti u affidabbli.

“Santa Luċija qed tieħu l-ewwel passi fl-istewardship ambjentali u l-kura tal-komunità. Aħna kburin li nkunu l-ewwel li ngawdu minn inizjattiva daqshekk ħadra,” qalet is-Sindku ta’ Santa Luċija, Charmaine St. John.

Ir-residenti tan-Neighbourhood 1 jistgħu jirreġistraw għall-upgrade b’xejn billi jċemplu l-WSC fuq 8007 6400 jew billi jimlew il-formola online pprovduta fuq il-websajt tad-WSC.

Ekonomija

Sport