Friday, April 19, 2024

Il-Kulleġġ San Injazju b’wirja annwali tal-arti onlajn

Aqra wkoll

Il-Kulleġġ San Injazju għamel il-50 pittura, sottomessi għas-sitt kompetizzjoni tal-arti annwali tiegħu, disponibbli onlajn fuq https://sic.projects.skola.edu.mt/

Il-wirja virtwali ta’ din is-sena jisimha AMBJENT u tagħmel enfasi speċjali fuq il-bioloġija tal-baħar.  Minkejja l-fatt li t-tixrid tal-COVID-19 fisser li kienet impossibbli li tittella’ wirja fiżika għall-viżitaturi, il-Kulleġġ xorta waħda qed jimmira li jiġbor fondi għall-Puttinu Cares permezz ta’ dan l-avveniment.  Il-pitturi kollha inklużi fil-wirja jinsabu fil-fatt għall-bejgħ, u kull persuna interessata li tixtri tista’ tikkuntattja lil Emmanuel Zammit fuq  [email protected], u tagħti l-isem sħiħ tagħha, in-numru tal-mowbajl, u n-numru tal-pittura li togħġobha.  Il-prezzijiet ikunu provduti skont it-talba. 

Maria Pace, il-Prinċipal tal-Kulleġġ San Injazju, qalet: “Nirringrazzjaw b’mod speċjali lill-istudenti kollha li minn jeddhom issottomettew xogħlijiet tal-arti għall-wirja annwali tagħna.  Irrid nagħti ħajr mill-qalb ukoll lill-istudenti kollha li ħadu sehem fil-korijiet li twaqqfu minn kull skola fil-Kulleġġ bl-għan li janimaw il-ftuħ uffiċjali.  Għalkemm, fl-aħħar mill-aħħar, dawn il-wirjiet ma setgħux isiru, il-Kulleġġ hu grat b’mod infinit lejn l-għalliema tal-arti u tal-mużika li ħejjew u assistew lill-istudenti parteċipanti kollha matul il-vjaġġ artistiku ta’ din is-sena.”

Bħal fi snin ta’ qabel, il-wirja annwali tal-arti tal-Kulleġġ ta’ San Injazju hi sponsorjata mill-Fondazzjoni HSBC Malta.  Il-wirja kienet kofinanzjata ukoll mill-Grupp AquaBioTech, bħala parti mill-attivitajiet tagħhom biex jappoġġjaw skejjel li jżidu l-għarfien dwar l-ambjent marittimu. 


Waħda mill-50 pittura disponibbli onlajn: “Geometric Fish”, minn Kailey Mallia mill-Iskola Primarja San Ġorġ, Ħal Qormi

Sport