Saturday, September 14, 2024

Il-Kumitat Olimpiku Malti ser jikkompeti fl-iSprint Rowing f’Heraklion Mediterranean Beach Games

Aqra wkoll

Il-Kumitat Olimpiku Malti ħabbar li Team Malta se jkun rappreżentat fil-Mediterranean Beach Games ġewwa Heraklion, il-Greċja, minn Mark Schembri li se jkun qed jikkompeti fl-avveniment tal-qdif tal-isprint.

Hu se jkun akkumpanjat mill-Prof Joseph Grima bħala kowċ u mill-fiżjoterapista Milos Stanisavljevic. Il-kontinġent se jkun immexxi minn Chef de Mission u membru tal-Bord Eżekuttiv tal-MOC, Dr Lucienne Attard.

Il-kompetizzjonijiet Rowing Beach Sprint se jsiru fuq il-bajja taċ-Ċentru Sportiv Karteros Beach, li huwa l-Post ewlieni tal-Logħob u Schembri se jibda l-impenji tiegħu fl-10 ta’ Settembru u jkompli kuljum sat-12 ta’ Settembru.

Il-Logħob tal-Mediterran ta’ Heraklion huma avveniment multisport prestiġjuż li se jkun qed isir fil-belt ta’ Heraklion, Kreta fil-Greċja bejn id-9 u s-16 ta’ Settembru 2023.

Dawn il-Logħob jiġbru flimkien atleti minn pajjiżi li jmissu mal-Baħar Mediterran. Bi storja rikka li tmur lura għall-bidu tagħhom fl-1951, dawn il-Logħob saru simbolu ta’ għaqda, kooperazzjoni u kompetizzjoni ta’ ħbiberija fost in-nazzjonijiet fir-reġjun tal-Mediterran.

Malta kkompetiet f’żewġ edizzjonijiet preċedenti ta’ dawn il-Logħob f’Patras, il-Greċja (2019) u Pescara, l-Italja (2015).

Mark Schembri jkun il-bandiera fiċ-Ċerimonja tal-Ftuħ, li ssir fid-9 ta’ Settembru fiċ-Ċentru Sportiv tal-Bajja ta’ Karteros.

Ekonomija

Sport