Wednesday, July 24, 2024

Il-Kummissjoni Elettorali tgħid li sas-sagħtejn ta’ waranofsinhar ivvutaw mat-8,234 votant

Aqra wkoll

Il-Kummissjoni Elettorali ħabbret li sas-2pm ivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew 8,234 votant mill-15,979 votant reġistrat waqt li f’dawk tal-kunsilli lokali ivvutaw 8,298 mis-16,139 votant jiġifieri 51% fiż-żewġ każijiet.

Il-persuni li se jkunu msefrin jew li se jkunu l-isptar, illum jistgħu jivvutaw bejn is-7am u l-10pm fil-kumpless tal-għadd tal-voti fin-Naxxar fil-każ tal-Malta u fil-Farm sperimentali fix-Xewkija fil-każ ta’Għawdex

Aktar kmieni dalgħodu: Mil-lum beda il-proċess ta’ votazzjoni għall-Parlament Ewropew f’pajjiżna

Mil-lum is-Sibt 1 ta’ Ġunju, ġimgħa eżatt qabel l-elezzjoni innifisha bdew jivvutaw nies li fit-8 ta’ Ġunju se jkunu fuq safar, l-Isptar jew inkella ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Barra minn hekk, illum se jivvutaw ukoll il-membri tal-Kummissjoni Elettorali, u l-anzjanii u r-residenti li jgħixu fid-djar tal-anzjani.

Il-persuni li se jkunu msefrin jew li se jkunu l-isptar, se jkunu jistgħu jivvutaw illum bejn is-7:00 a.m sal-10:00 p.m, fil-kumpless tal-għadd tal-voti fin-Naxxar fil-każ tal-Malta u fil-Farm sperimentali fix-Xewkija fil-każ ta’ Għawdex.

Intant din il-ġimgħa li ġejja ukoll se tkun waħda impenjattiva, hekk kif nhar il-Ħamis 6 ta’ Ġunju se jivvutaw dawk li jinsabu fl-isptarijiet Mater Dei, Karin Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

L-għadd tal-voti tal-Parlament Ewropew isir fid-9 ta’ Ġunju waqt li dak tal-kunsilli lokali se jkun imqassam fuq tlett ijiem, mill-Erbgħa 12 ta’ Ġunju sal-Ġimgħa 14 ta’ Ġunju.

Ekonomija

Sport