Friday, May 17, 2024

Il-kumpilazzjoni tal-qtil ta’ Paulina se tibda l-Ġimgħa li ġej

Aqra wkoll

Il-kumpilazzjoni kontra Abner Aquilina; iż-żagħżugħ ta’ 20 sena miż-Żejtun mixli bil-qtil ta’ Paulina Demska, se tibda nhar il-Ġimgħa li ġej quddiem il-Maġistrat Marsanne Farrugia.

Fost dawk li se jkunu qegħdin jixhdu b’rabta ma’ dan l-ewwel qtil tas-sena hemm membri mill-Korp tal-Pulizija li jinkludu dawk mid-distrett ta’ Tas-Sliema u dawk mill-iskwadra tal-omiċidji b’ħidma konġunta komplew bl-investigazzjonijiet tagħhom b’rabta ma’ dan il-każ.

Il-Qorti, ħeġġet lid-Direttur tal-Faċilità sabiex jittratta din l-osservazzjoni tad-Difiża bl-aħjar mezzi għad-dispożizzjoni tiegħu. Abner baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv.

Il-Prosekuzzjoni qiegħda titmexxa mill-Avukati Anthony Vella u Darlene Grima mill-Uffiċċju ttal-Avukat Ġenerali megħjuna mill-Ispetturi Shawn Pawney, Jonathan Ransley u Wayne Camilleri.

L-Avukati Mario Mifsud u l-Avukat Christian Camilleri qegħdin jidhru għall-imputat.

Sport