Sunday, November 24, 2024

Il-Libanu qed jibża minħabba l-ġlied bejn il- Hezbollah u l-Iżrael

Aqra wkoll

Minn Ottubru, l-attakki kważi ta’ kuljum bejn l-Iżrael u l-Hezbollah, qatlu mijiet ta’ nies u sfurzaw għexieren ta’ eluf minn djarhom fuq iż-żewġ naħat, u qajmu biża’ li l- vjolenza miżmuma tista’ teskala f’kunflitt totali.

Min-naħa tiegħu l-Iżrael qed jakkuża lil Hezbollah li s-Sibt filgħaxija wettaq attakk fuq grawnd tal-futbol li qatel mill-inqas 12-il persuna, inklużi tfal.

Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu fi stqarrija maħruġa mill-uffiċċju tiegħu qal li l-Iżrael mhux se jkun qiegħed jinjora dan l-attakk, deskritt minnu nnifsu bħala qattiel.

Il-Hezbollah ċaħad l-akkużi kollha li kien wara l-attakk. Il-kelliem għall-militar Iżraeljan, Daniel Hagari qal li l-informazzjoni indikat li l-attakk twettaq mill-Hezbollah fil-Libanu u ddeskriva ċ-ċaħda tal-grupp bħala gidba.

Is-Segretarju tal-Istat Amerikan Antony Blinken, ukoll, qal li l-indikazzjoni turi li l-missila kienet sparata mill-Hezbollah, u li l-Istati Uniti żammew id-dritt tal-Iżrael li tiddefendi liċ-ċittadini tagħha minn attakki terroristiċi.

L-attakki tal-Hezbollah bdew fit-8 ta’ Ottubru, l-għada tal-attakk fatali tal-Ħamas fuq Iżrael, bil-grupp jgħid li kienu favur il-Palestinjani f’Gaża. S’issa, aktar minn 450 persuna ġew irrappurtati maqtula fil-Libanu, inklużi madwar 350 ġellied tal-Hezbollah u mill-inqas 100 ċivili. Dan filwaqt li fl-Iżrael, inqatlu 23 ċivili u mill-inqas 17-il suldat.

Sport