Tuesday, December 24, 2024

Il-Lufthansa mmultata miljuni ta’ dollari wara li pprojbiet passiġġieri Lhud

Aqra wkoll

L-Istati Uniti mmultat lil-Lufthansa s-somma rekord ta’ 4 miljun dollari wara li l-linja tal-ajru Ġermaiża pprojbit passiġġieri Lhud milli jivvjaġġaw fuq titjira fl-2022. Dan minħabba li xi wħud mill-passiġġieri allegatament irrifjutaw li jsegwu regoli li jilbsu maskri tal-wiċċ fi żmien tal-Covid-19.

Id-Dipartiment tat-Trasport tal-Istati Uniti qal li l-Lufthansa iddiskriminat kontra l-passiġġieri, u ttrattathom bħallikieku kollha kienu grupp wieħed, għalkemm ħafna ma kinux qed jivvjaġġaw flimkien u ma kinux jafu lil xulxin.

Il-Lufthansa qablet li tħallas il-penali biex tevita litigazzjoni iżda ċaħdet li b’xi mod wettqet diskriminazzjoni, u sostniet li l-inċident seħħ minħabba sensiela sfortunata ta’ komunikazzjonijiet mhux preċiżi.

Il-Lufthansa sostniet ukoll li hija ddedikata biex tkun ambaxxatur ta’ rieda tajba, tolleranza, diversità u aċċettazzjoni, u żiedet tgħid li kienet ikkooperat mal-investigazzjoni u baqgħet iffukata fuq it-taħriġ għall-istaff tagħha.

L-episodju kien jinvolvi passiġġieri Lhud li kienu qed jivvjaġġaw minn New York għal Budapest, b’waqfa fi Frankfurt, f’Mejju tal-2022. Ħafna mill-passiġġieri kienu rġiel individwali, lebsin ilbies distintiv li tipikament jintlibes minn irġiel Lhud Ortodossi u kienu bbukkjaw ma’ l-istess aġenziji tal-ivvjaġġar mnejn xtraw il-biljetti tal-ajru.

Waqt l-ewwel titjira, il-kaptan wissa lis-sigurtà tal-Lufthansa li grupp ta’ passiġġieri naqsu milli jsegwu l-istruzzjonijiet tal-ekwipaġġ li jirrikjedu li jilbsu maskri, u pprojbixxew lill-passiġġieri milli joqogħdu fil-passaġġi u postijiet oħra abbord.

It-twissija wasslet biex inżammu l-biljetti ta’ aktar minn 100 passiġġier, kollha Lhud, li ġew imblukkati milli jirkbu t-titjira ta’ konnessjoni tagħhom lejn Frankfurt.

Id-Dipartiment tat-Trasport Amerikan (DOT) qal li l-Lufthansa rrikonoxxiet li bl-azzjoni tagħha weġġgħet lin-nies li kkonformaw mal-istruzzjonijiet iżda ikkonkluda li ma kienx prattiku li kull passiġġier jiġi indirizzat individwalment.

“Ħadd m’għandu jiffaċċja diskriminazzjoni meta jivvjaġġa, u l-azzjoni  tad-DOT tibgħat messaġġ ċar lill-industrija tal-linji tal-ajru li d-Dipartiment tat-Trasport lest jinvestiga u jieħu azzjoni kull meta jinkisru d-drittijiet ċivili tal-passiġġieri,” qal is-Segretarju tat-Trasport tal-Istati Uniti Pete Buttigieg.

Il-passiġġieri li kienu intervistati għall-investigazzjoni qalu li ma rawx imġieba ħażina minn ħadd. Aktar tard il-Lufthansa naqset milli tidentifika xi passiġġier wieħed li ma kienx segwa r-regoli. Il-maġġoranza tal-passiġġieri ġew ibbukkjati mill-ġdid fuq titjiriet oħra fl-istess jum.

Il-penali li Lufthansa ġiet immultata kienet l-akbar li qatt inħarġet kontra linja tal-ajru għal ksur tad-drittijiet ċivili.

Ekonomija

Sport