Thursday, April 18, 2024

Il-lukandier Għawdxi Victor J. Borg imut fl-età ta’ 75 sena

Aqra wkoll

Il-lulandier Għawdxi Victor J. Borg miet ilbieraħ fl-età ta’ 75 sena. Huwa kien magħruf l-aktar għall-kisbiet tiegħu fil-qasam turistiku u b’mod speċjali fis-settur tal-ospitalità bil-lukandi Ta’ Ċenċ u Cornucopia.

Borg kien jippromwovi l-industrija turistika Għawdxija sa mis-snin sebgħin, u saħansitra kien anke jippromwovi t-tours tiegħu fir-Renju Unit.

Huwa kien beda s-suċċess tiegħu minn negozju ta’ kiri ta’ karozzi, qabel eventwalment daħal fis-settur tal-ospitalità bil-lukanda Cornucopia.

Huwa kien irċieva l-Ordni Nazzjonali tal-Mertu fl-2012.

Ekonomija

Sport