Friday, April 26, 2024

Il-Prinċep George ppreżentat b’sinna fossilizzata ta’ kelb il-baħar estint li kienet instabet f’Malta

Aqra wkoll

Il-Prinċep George kien ippreżentat b’sinna fossilizzata ta’ kelb il-baħar estint li kienet instabet f’Malta fis-sittinijiet. Is-sinna kienet ippreżentata lill-Prinċep mix-xandar veteran u naturalist Sir David Attenborough.

Attenborough kien qed jattendi għall-wiri privat tad-dokumentarju l-ġdid tiegħu “A Life On Our Planet” fil-Palazz ta’ Kensington.

Il-BBC qalet li s-sinna kienet instabet minn Attenborough waqt btala li huwa kellu f’pajjiżna mal-familja tiegħu fis-sittinijiet. Il-fossila hija stmata li għandha madwar 23 miljun sena.

Il-kelb il-baħa li llum il-ġurnata huwa estint, carcharocles megalodon, huwa maħsub li kien jikber sa 15-il metru, darbtejn daqs kelb il-baħar l-abjad.

Sport