Wednesday, April 24, 2024

Il-Malta Film Commission tagħmel rapport mal-pulizija wara li l-paġna fuq Facebook ġiet iħħekkjata

Aqra wkoll

Wara li aktar kmieni llum il-paġna tal-Malta Film Commission li għandhom fuq Facebook ġiet iħħekkjata, l-istess Kummissjoni ressqet rapport uffiċjali kemm mal-Pulizija kif ukoll ma’ Facebook innifsu.

Wara li daħal ir-rapport, il-pulizija bdiet tinvestiga minn kien wara dan l-att. Jidher li l-uffiċjali tal-Kummissjoni tal-Films tilfu kull kontroll tal-paġna u min iħħekka l-istess paġna biddet ir-ritratt tal-profil.

S’issa mhux magħruf jekk Facebook hux se jgħalaq din il-paġna jew le. Jekk ikun il-każ, il-Kummissjoni jkollha bilfors tiftaħ paġna ġdid bil-konsegwenza li tilef lil dawk kollha li jkunu jiffolojaw ix-xogħol li jitella’ fuqha.

Sport