Il-Malta Polo Club se torganizza The Ormsby Johnson Cup li se tintlagħab nhar is-Sibt li ġej waranofsinhar fil-Malta Equidrome.
Iż-żewġ timijiet li se jieħdu sehem huma Marsa United u Horse Power li se jkunu qed jilagħbu erba’ chukkas bit-tama li jgħollu din it-tazza.
Marsa United se jkunu ffurmati minn Bradlee Farrugia, Karl Galea, Julian Mamo u l-captain Jeremy Besancon filwaqt li Horse Power għandhom lil Matthew Borg, Matthew Grech, Greg Gera u l-captain Martin Arrigo.
L-Umpire se jkun Gaston Etcheberry bit-tielet uffiċjal li hu Philip Wismayer.
Din l-attivita’ se ssir bl-appoġġ t’EquestriMalta.